Pages

Thursday, March 29, 2012

Talb ghal waqt il-quddiesa tad-Duluri

Dawn huma t-talb li ser taqraw għada. Għada filgħodu, jien u Mr. Gafa', niddeċiedu min ser jaqra. Nippruvaw nagħżlu tfal li jafu jaqraw sew u li ma tantx qraw f'okkażżjonijiet speċjali.

Talb ta’ Mahfra
1. Ħniena Ġesu’ ta’ kemm-il darba minflok ma għenna lil ħaddieħor. Konna aħna stess li ġibna t-tbatija fuq ħaddieħor. Mulej Ħniena
2. Ġesu’ ħniena ta’ kemm-il darba nsejna ngħidulek grazzi tal-affarijiet sbieħ u tajbin li tajtna. Kristu Ħniena
3. O Ġesu’ ħniena ta’ kemm-il darba għajjarna lil ħaddieħor b’xi ħaġa, li aħna konna nafu li jieħdu għalihom biha. Mulej Ħniena
Talb tal-Fidili
1. Nixtiequ nitolbuk Ġesu’ għal dawk it-tfal li qed ibagħtu jew għax huma bla ġenituri, jew għax xi ħadd, b’qalbu ħażina, qed iġegħilhom ibagħtu. Nitolbu. Ismagħna nitolbuk Mulej.
2. Ġesu’ għin lil ġenituri tat-tfal ta’ l-iskola tagħna, speċjalment dawk li huma ‘l-bogħod minnek. Agħmel li huma jindunaw kemm inti tħobbna u kemm hi ħaġa sabiħa li jsiru jħobbuk. Nitolbu. Ismagħna nitolbuk Mulej.
3. Nitolbuk Ġesu’ għall-morda kollha. Agħmel li huma jħarsu lejk u ommok Marija, u jindunaw li qabilhom, int ukoll batejt bla ħtija. Nitolbu. Ismagħna nitolbuk Mulej.
Talba lil Gesu’ Imsallab
Hawn jien, o Ġesu’ maħbub tiegħi,
mixħut quddiem il-preżenza tiegħek,
nitolbok bl-akbar ħrara
li tnissel fil-qalb tiegħi
sentimenti ta’ fidi, ta’ tama, ta’ mħabba,
ta’ ndiema kbira ta’ dnubieti u ta’ fehma sħiħa
li ma noffendik qatt iżjed;
fil-waqt li bl-imħabba u l-ħniena kollha
sejjer inġib quddiem għajnejja
il-ħames pjagi tiegħek,
nibda minn dak li qal fuqek
il-qaddis profeta David:
“Nifduli jdejja u riġlejja,
u għaddewli għadmi kollu.”

2 comments: