Pages

Thursday, March 15, 2012

Il-Mantell ta' Superman




Darba waħda kont waħdi, għax ommi kienet xogħol u l-papa’ mar il-banda. Jien ma kelliex x’ nagħmel għalhekk qbadt niftaħ xi kaxxi antiki. F’ daqqa u l-ħin sibt kostum ta’ Superman.
Il-mantell ta’ Superman kien aħmar. Kien fih forma ta’ trijanglu bil-maqlub, ta’ lewn safrani, waqt li fin-nofs kien fih l-ittra ‘S’ kbira. Jien qbadt u ppruvajtu. Bdejt inħares lejn il-mera u ndunajt li kien jiġini bl-eżatt. Bdejt inħossni b’ saħħti u bdew jabżuli l-muskoli. Ippruvat intir, imma waqajt mal-art . Madankollu ma qtajtx qalbi erġajt ippruvajt mill-ġdid. Din id-darba bdejt naħbat ġol-ħitan u wara ħbatt ġol-bozza u kissirtha, imma ma ħadtx xokk. Imbagħad ħbatt ġol-gwardarobba u wara ħbatt ġol-ħajt. Wara ftit ħbit mhux ħażin, irnexxieli nikkontrolla l-mantell ta’ Superman u mort intir barra.
Ħassejtni ferħan ser intir! Hekk kif neħħejtu minn fuqi mort niġri ngħid lil ommi b’dak kollu li kien ġrali. Qatt ma għaddieli minn moħħi li kelli ngħaddi minn esperjenza bħal din!




Mark Bezzina

2 comments: